L-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu faħħret lil pajjiżna għax-xogħol li sar u li qed isir sabiex jiġi salvagwardjat u jkun aktar sostenibbli s-settur turistiku waqt l-pandemija.
F’ittra lill-Prim Ministru Robert Abela, is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu, Zurab Pololikashvili, stqarr li pajjiżna qed iwettaq xogħol inkreddibli f’din il-kriżi globali.
Is-Segretarju Ġenerali ta’ din l-Għaqda Dinjija kiteb u qal lill-Prim Ministru li Malta qed turi impenn biex tgħin lis-settur turistiku li qed jaffaċċja l-isfida tal-imxija.
“We are closely following the incredible work of your government in this exceptional crisis and I wish to personally congratulate you for your commitment and efforts as Prime Minister in helping the travel and tourism sectors to deal with the coronavirus outbreak and to address its socio-economic impact.”
L-ittra rrimarkat li r-riperkussjonijiet fuq is-settur turistiku b’mod globali, konsegwenza tal-Covid-19, huma kbar ħafna bi tnaqqis fl-ammont ta’ turisti ta’ bejn 86%, li jfisser tnaqqis fid-dħul ta’ bejn disa mija u għaxar biljun dollaru u wieħed punt tnejn triljun dollaru.
F’Malta, bi ftehim mal-imsieħba soċjali, il-Gvern ta għajnuna b’saħħitha ħafna lil dawk in-negozji, bħal dawk fis-settur turistiku, sabiex l-impjiegi tal-ħaddiema jiġu salvati.
Il-Gvern irrimarka li d-deċiżjonijiet tal-Gvern ġibdu l-attenzjoni ta’ istituzzjonijiet bħal dawk Ewropej iżda anke ta’ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali.