F’rapport maħruġ mill-Agenzija Ewropeja għad-Drittijiet Fundamentali tal-bniedem ġew imfaħħra l-prattiċi li użat Malta fil-qasam ta’ nies b’diżżabilita. Dan b’referenza għal mod ta’ kif il-gvern Malti adotta regolamenti li jħeġġu lil dawn il-persuni jidħlu f’diskussjonijiet mas-soċjeta ċivili. Intant, dan ir-rapport faħħar ukoll il-Parlament Malti imexxi min ndan il-gvern bejn b’leġislazzjoni għadda li kull board governattiv ser ikollu rappreżentant wieħed minn tal-inqas persuna b’diżabilità.
Is-segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilita Anthony Agius Decelis stqarr kif huwa ta’ unur li ix-xogħol tas-segretarjat u l-gvern f’dan il-qasam ġie mfaħħar minn agenzija tant prestiġjuża fl-Unjoni Ewropea. Intant, spjega wkoll kif aħna konna minn tal-ewwel li bdejna nqajmu d-diskussjoni bejn is-sesswalita u nies b’diżabbilita u Malta f’dan ir-rapport ġiet rikonoxxuta bħala best practice għal mod kif pruvajna nqajmu diskussjoni fuq dan is-suġġett meqjus iktar bħala taboo.
dan ix-xogħol ġie imfaħħar minn agenziji tant prestiġjuzi fl-Unjoni Ewropea fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dan ir-rapport faħħar it-tnedija ta’ kumitat magħmul minn persuni b’diżabbilita, familjari u rapreżentanti tagħhom kif ukoll esperti bil-għan li jiżviluppa l-ewwel politika nazzjonali fid-diżabbilità f’Malta
One News tkellem ukoll ma’ Dr. Albertine Abela konsulent legali fi ħdan is-segretarjat li spjegat kif
inizzjattiva oħra li ġiet imfaħħra minn din l-Aġenzija Ewropea hija dwar il-liġi li għaddiet fil-Parlament fl-2015 fejn il-lingwa tas-sinjali ġiet rekonoxuta bħala waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ Malta
Il-Gvern Malti kien imfaħħar għall-mod li bih adatta r-regolamentazzjoni li taffetwa persuni b’diżabbilita imma dan wara li ikkonsulta mal-organizazzjonijiet fis-soċjetà ċivili kif ukoll mall-istess persuni b’diżabbilità. Il-Parlament Malti ġie imsemmi kif adotta l-att dwar ir-rikonoxximent dwar il-lingwa Maltija tas-sinjali u kif bis-saħħa ta’ dan l-att il-lingwa Maltija tas-sinjali ġiet rikonoxuta bħala lingwa uffiċjali ta’ Malta.