Retturi u Viċi Retturi minn sitt Universitajiet minn madwar l-Ewropa, inkluż ta’ Malta, bħalissa jinsabu f’pajjiżna biex jiddiskutu t-tisħiħ tas-settur marittimu u kif jistgħu jintużaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Fil-laqgħa tal-Bord SEA-EU li saret fl-Università l-Antika fil-Belt Valletta, dan l-istazzjon tkellem ma’ Professur minn Università fi Spanja, fejn spjega kif l-Università Maltija taħdem qatigħ fejn tidħol is-sostenibilità.
Qal, “Malta is a very important partner because it is in charge with the package which is in charge of the dissemination of sustainability so it is a very importan partner for us. The relationship we have now with Malta are very intense and fruitful.”
Fil-laqgħa, quddiem rappreżentanti minn l-Universitajiet ta’ Spanja, Franza, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Korazja u Malta tkellem il-Perit Karmenu Vella, eks-kummissarju Ewropej Malti li ħadem f’dan is-settur fuq livell internazzjonali.
Hanwhekk huwa rrikonoxxa l-ħidma li saret minn bosta pajjiżi, inkluż Malta f’dan ir-rigward.
Indirizzaw lil dawk preżenti l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana u l-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici.