F’partita ta’ ħbiberija l-intlagħbet il-Ħadd filgħaxija fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, t-tim Nazzjonali Malti tilef 1 – 0 kontra r-Republika tal-Irlanda.
Fl-ewwel taqsima l-Irlandiżi kellhom ħafna minn dak li huwa pussess madankollu ma rnexxilhomx jdawwru dan il-pussess f’gowls biex l-ewwel 45 minuta intemmet fid-draw ta’ 0 – 0.
Il-gowl tar-rebħa għal Irlandiżi skurjaħ Callum Robinson fil-55 minuta. Ir-reazzjoni tal-Maltin kienet imrażna mill-Irlanda b’dawn tal-aħħar joħorġu fuq in-naħa rebbieħa minkejja lit-tim Malti kiber fil-kunfidenza tiegħu mal-ħin.
Din kienet it-tieni u l-aħħar partita tal-kowċ Gilbert Aġius li ġiet maħtur kowċ temporanju għal partita kontra l-Greċja u din il-partita kontra l-Irlanda hekk kif l-MFA għada għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex jinstab is-suċċessur permanenti ta’ Devis Mangia.
Ritratt: Domenic Aquilina