Malta ġiet ikklasifikata fost l-aqwa għaxar destinazzjonijiet madwar id-dinja għall-Komunità LGBTI+.
Dan ir-riżultati ħareġ fis-sit elettroniku ta’ reputazzjonji internazzjonali Spartacus, li joffri pariri dwar l-ivjaġġar għall-komunità LGBTI+. Dan is-sit poġġa lil Malta fir-raba’ post b’disa’ punti minn għaxra, wara l-Kanada, il-Portugall u l-Iżvezja. Qabża sostanzjali mill-elfejn u tminatx meta pajjiżna klassifika fil-wieħed u għoxrin post.
Apparti dan kisbiet importanti ħafna bħal-liġi taż-żwieġ indaqs, is-sit Spartacus jattribwixxi dan ir-riżultat pożittiv għall-fatt li Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kkriminalizzat kull forma ta’ prattiċi ta’ konverżjoni jew ir-riklamar tagħhom.
B’reazzjoni l-Ministru Helena Dalli qalet li Malta qiegħda ssir iżjed rikonoxxuta bħala l-pajjiż tal-libertajiet ċivili u l-ugwaljanza li hu miftuħ għall-kummerċ u l-iżvilupp. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li huwa importanti li nibqgħu ffukati fuq il-prodott lokali u jkomplu jiġu mħarsa niċeċ tursitiċi differenti, sabiex inkomplu nnaqqsu l-istagjonalità, hekk kif l-istatistika qed tirrifletti dan permezz ta’ rekords ġodda anki f’xhur fejn it-turiżmu jonqos.