Is-sit popolari CNN Travel ikklassifika lil pajjiżna mal-aqwa ħmistax-il destinazzjoni madwar id-dinja għall-festi tal-Milied.
Raġuni ewlenija għaliex Malta ntgħażlet mal-aqwa ħmistax fid-dinja hija minħabba t-tradizzjonijiet varji li għandna relatati ma’ dan iż-żmien ta’ festi.
Fost dawn hemm il-presepji, li huma parti integrali mill-Millied f’pajjiżna. Entużjasti tal-Millied, jibdew jaħdmu fuq il-presepji tagħhom minn xhur qabel sabiex meta jasal ix-xahar ta’ Diċembru, jagħmlu l-wirjiet bil-presepji.
Is-sit internazzjonali semma wkoll id-dawl u t-tiżjin tal-Millied fit-triq prinċipali tal-Belt, flimkien mal-attività annwali ta’ Fairyland, fid-daħla tal-kapitali.
Is-CNN qal ukoll li waqt l-avvent ukoll, tfal u żgħażagħ jingħaqdu flimkien quddiem il-Kon-Kaditral ta’ San Ġwann ikantaw l-għanjiet tal-Milied, fost l-attivitajiet li jkun hemm f’dan ix-xahar fil-Belt Valletta. Wieħed jista’ wkoll iżur il-Malta Toy Museum, b’wirja li tinkludi bosta pupi u ġugarelli tal-Millied.
F’din il-lista ta’ dan is-sit segwiet minn bosta fid-dinja jsemmi lil Malta, flimkien ma’ bliet oħra bħal Lapland fil-Finlandja, Strassburgu fi Franza u Nuremburg fil-Ġermanja.