F’għoxrin lokalità f’pajjiżna, sar il-ġbid tas-serje televiżiva Ingliża, HMS Murder.
Fix-xeni li nġibdu f’pajjiżna, sar xogħol biex tiġi rrepplikata x-xenografija ta’ pajjiżi oħra bħall-Ġermanja, l-Italja, Spanja, Franza, il-Portugall u l-Marokk.
Sandra McIever hija parti mit-tim tal-produzzjoni ta’ HMS Murder. Hija qalet għalkemm gżira żgħira, Malta għandha ħafna x’toffri.
Qalet, “It is just unbelievably versatile, as an island in terms of what it offers with location and architecture and the climate has been so kind. It’s quite remarkable and our crew have been about 60% Maltese and they are for me the greatest of Malta. It have been amazing to work with.”
Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech innota kif fi żmien sentejn, Clapperboard Studios għażlu lil Malta bħala darhom għal tliet produzzjonijiet minn tagħhom.
Qal, “Din il-produzzjoni hija ġejja minn kumpanija li fl-aħħar sentejn ġabet tliet produzzjonijiet ġewwa pajjiżna. Ifisser li l-prodott ta’ Malta huwa wieħed b’saħħtu. Ifisser li għandna crew eċċellenti u qed naraw il-crew tagħna jaħdmu minn produzzjoni għall-oħra.”
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li din il-produzzjoni toħroġ fid-deher il-versatilità li joffri pajjiżna fid-dinja tal-films, u l-għan aħħari huwa li l-industrija tal-films tkun mutur ewlieni fl-ekonomija Maltija.