Emma Muscat permezz tal-kanzunetta ‘I Am What I Am’ ma kkwalifikatx għall-finali tal-Eurovision Song Contest.
Il-Eurovision, li din is-sena qed jittella’ f’Turin wara r-rebħa tas-sena li għaddiet mill-grupp mużikali Maneskin, kelli żewġ semi-finali b’Malta ħadet sehem proprju llejla fit-tieni wieħed.
Mix-xow tal-lejla għaddew għaxar kanzunetti għall-finali li se jkun qed jittella’ s-Sibt li ġej fejn sfortunatament Malta ma kinitx parti minnhom.
L-għaxar pajjiżi li għaddew minn dan is-semi-finali huma; il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Ażerbajġan, il-Polonja, il-Finlandja, l-Estonja, l-Awstralja, l-Iżvezja, ir-Rumanija u s-Serbja.
Intant Emma tat prestazzjoni mill-aqwa fuq il-palk, b’vuċi u tbissima li saħħret lill-udjenza bihom.
Ritratt: EBU / ANDRES PUTTING