Hekk kif illum kien imiss lil Malta li tieħu sehem fit-tieni semi-finali tal-Eurovision Song Contest, sfortunatament, minkejja l-ispettaklu mill-isbaħ li tat il-kantanta Claudia Faniello, Malta mhux se tkun qed tikkompeti fil-finali.
Claudia Faniello saħret lill-udjenza bil-vuċi u l-preżenza tagħha fuq il-palk fi Kiev. Iżda, sfortunatament Malta ma ntgħażlitx għal mal-għaxar finalisti li se jkunu qed jingħaqdu mal-kumplament tal-pajjiżi għall-finali ta’ nhar is-Sibt.
Għalkemm diversi segwaċi Maltin kienu diżappuntati b’dan ir-riżultat xorta waħdu faħħru lil Claudia u qalulha minkejja r-riżultat xorta waħda “Malta tibqa’ dejjem warajk.”
L-interpretazzjoni ta’ Claudia Faniello fit-tieni semi-finali fi Kiev: