Għat-tieni sena konsekuttiva, Malta m’għaddietx għall-finali tal-Eurovision tas-Sibt.
Dan meta t-Tlieta filgħaxija, fl-ewwel semifinali, il-grupp Malti The Busker taw prestazzjoni mill-aqwa, f’Liverpool, bil-kanzunetta ‘Dance (Our Own Party)’, li kantaw fit-tieni post.
Il-pajjiżi li għaddew għall-finali tas-Sibt huma: l-Kroazja, il-Moldova, l-Iżvizzera, il-Finlandja, iċ-Ċekja, l-Iżrael, il-Portugall, l-Iżvezja, is-Serbja u n-Norveġja.
Fil-finali, ma dawn l-għaxar pajjiżi li għaddew illum se jingħaqdu wkoll l-għaxar pajjiżi li se jgħaddu mit-tieni semifinali, dak tal-Ħamis li ġej. Magħhom fil-finali jingħaqdu l-ħames pajjiżi l-kbar u l-Ukrajna – il-pajjiż li rebaħ il-Eurovision is-sena l-oħra.