Il-poplu Malti u Għawdxi ingħaqad maċ-ċkejken Jake Vella wara li sar magħruf li ddaħħal l-isptar b’urġenza minħabba problemi fin-nifs.
Il-midja soċjali inbidlet f’messaġġ wieħed ta’ solidarjetà lejn l-atleta ċkejken, li seraq il-qlub tal-poplu meta tkellem għall-ewwel darba dwar il-kundizzjoni tiegħu.
It-tifel ta’ disa’ snin qed jiġġieled waħda mill-aktar kundizzjonijiet rari fid-dinja, li minħabba fiha jibqa’ jiżdied fil-piż minkejja li jsegwi dieta bilanċjata u ħajja attiva.
Fid-dinja, 75 persuna oħra biss ibatu mill-kundizzjoni Rohhad Net. Ħadd mill-persuni b’din il-kundizzjoni ma jgħixx aktar minn 20 sena.