Wara li Malta ilha nieqsa mill-kompetizzjoni Miss Universe għal ħmistax-il sena, Martha Fenech se tkun l-ambaxxatriċi għall-edizzjoni elfejn u sbatax fil-Filippini. Wara lejl ta’ emozzjoni kbira għal din it-tfajla One News kellu ċ-ċans isir jaf lil fin it-tfajla aħjar, fejn qassmet magħhna l-ambizzjonijiet tagħha għal din il-kompetizzjoni prestiġġjuża.