Wara kważi għoxrin sena, Malta rritornat fil-Biennale Arte ta’ Venezja – waħda fost l-iżjed wirjiet internazzjonali prestiġjużi fl-Arti Kontemporanja.
Il-padiljun ta’ Malta, magħmul minn żewġ kuraturi u jesponi xogħlijiet minn tlettax –il artist kontemporanju, iġib l-isem ta’ “Homo Melitensis : An incomplete history in 19 chapters”.
Permezz ta’ din l-installazzjoni artistika, il-kuraturi użaw mal-mitejn oġġett biex investigaw bir-reqqa u b’mod antropoloġiku l-identità Maltija.
Din hija s-sebgħa u ħamsin edizzjoni ta’ din l-esebizzjoni prestiġjuża, li toffri pjattaforma għall-espressjoni artistika minn artisti madwar id-dinja.
Malta diġà kisbet l-attenzjoni ta’ ġurnali internazzjonali prominenti bħal The Guardian; bil-padiljun Malti ssemma’ fost l-aqwa fil-Biennale ta’ Venezja.
Il-Padiljun ta’ Malta, li għandu fil-belt Taljana sal-aħħar ta’ Novembru, kien ikkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti.