Malta llum m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, permezz ta’ tweet.
Dan ifisser li f’temp ta’ anqas minn ġimgħa, għal żewġt ijiem sħaħ, Malta ma rreġistrat l-ebda każ ta’ Covid-19.
Ovvjament, l-appell jibqa’ sabiex kulħadd jibqa’ jirrispetta l-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin.