It-tema għall-Budget 2022 hija ‘Malta li rridu għal uliedna’.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ħabbar din it-tema propju dalgħodu f’jum il-Budget.
Huwa ħabbar dan fuq il-pjattaformi soċjali tiegħu u saħaq li l-Budget tfassal wara proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni.
Il-Prim Ministru qal li se naħdmu għal Malta li rridu ngħixu fiha llum iżda Malta trid tkun ukoll waħda li wliedna jsibuha b’saħħitha biex fiha jilqgħu l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Illejla d-diskors tal-Budget jibda fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija u ONE se jkollu xandira speċjali fejn se jaġġorna lis-segwaċi bil-miżuri li jkunu qed jitħabbru.