F’dan ir-ritratt tista’ tara x-xogħol fit-toroq li jagħmlu d-dawra ta’ Buġibba. Fil-bidu ta’ April tħabbar li se jkun qed isirilhom manutenzjoni estensiva b’investiment ta’ €3.5 miljun, li huma parti mill-flus li nġabru permezz tal-kontribuzzjoni ambjentali li jħallsu t-turisti.
Bħala parti mill-manutenzjoni, qed isir re-surfacing tat-toroq.
Dan hu proġett li ilu mistenni ferm hekk kif l-istat tat-toroq f’din iż-żona qed jagħtu dehra mill-iktar kerha lill-lokalità ta’ Buġibba. Il-proġett huwa maqsum f’ħames fażijiet, u din hija waħda minnhom.
Dan il-lejl ukoll avvanza sew ix-xogħol biex jiġi nstallat il-pont tal-Imrieħel li x-xogħol fuqu se jkun qed isir matul din il-ġimgħa.