Il-Mexxejja ta’ Malta, Spanja, l-Irlanda u s-Slovenja qablu li jirrikonoxxu l-Palestina bħala Stat, meta l-kundizzjonijiet jippermettu dan.
Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal kif dawn il-mexxejja ltaqgħu fil-marġini tal-Kunsill Ewropew, li għaddej bħalissa fi Brussell.
L-erba’ pajjiżi qablu li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati hi kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
F’din l-istqarrija ntqal li l-erba’ pajjiżi jaqblu li għandu jkun hemm waqfien permanenti tal-ġlied b’mod immedjat, li jinħelsu l-ostaġġi kollha u li tingħata għajnuna umanitarja.
L-erba’ mexxejja nnotaw ukoll b’mod pożittiv li l-Kunsill qabel mal-konklużjonijiet dwar il-kunflitt fil-Lvant Nofsani.
Together with 🇪🇸🇮🇪🇸🇮 we agreed to recognise the Palestinian State when conditions are appropriate & circumstances can contribute to the successful peace process.We also agreed on the need of an immediate ceasefire,release of hostages & increase of humanitarian aid into Gaza. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) March 22, 2024