Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella laqa’ talba uffiċjali mill-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj, biex l-Unjoni Ewropea tappoġja taħriġ għall-forzi tal-baħar u gwardji tal-kosta Libjani.
L-Unjoni Ewropea m’għandhiex taħli ħin biex tipprovdi din it-tip t’għajnuna lill-Gvern Libjan, kompla jgħid il-Minsitru Vella. Stqarr li Malta tinsab lesta tagħmel il-parti tagħha sabiex tikkontribwixxi għal dan it-tip ta’ taħriġ. L-għan hu li l-awtoritajiet Libjani jkunu mħajra jħarsu l-konfini martittimi. Dan għandu jgħin fil-ġlieda kontra traffikar ta’ persuni u l-immigrazzjoni rregolari.
Il-Ministru tkellem fi Brussell waqt laqgħa ta’ ministri Ewropej għall-affarijiet barranin.