- Prioritajiet Maltin spjegati fi Brussell
Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u Fondi Ewropej ipprezenta l-prijoritajiet ta’ Malta għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dan sar waqt breakfast briefing organizzat mill-European Policy Centre fi Brussel. Rapprezzentanti ta’ istituzzjonijiet u tal-media bbazati Brussell kellhom ukoll l-opportunità li jressqu l-mistoqsijiet tagħhom lis-Segretarju Parlamentari dwar dak li mistennija taċgħmel Malta waqt il-Presidenza.
Dr Borg qal li Malta, matul il-Presidenza għandha l-għan li tinkoraġixxi dibattitu kostruttiv fost il-mexxejja Ewropej fuq temi li qed ikunu ta’ sfida għall-ezistenza tal-Unjoni. Il-livell baxx ta’ appoġġ lejn l-Unjoni Ewropea f’diversi pajjizi jindika li l-benefiċċji tal-Unjoni mhumiex daqshekk evidenti fil-pajjizi membri u l-għan aħħari ta’ Malta ser ikun li tipprova tressaq l-Unjoni Ewropea aktar viċin il-poplu.
Il-prijoritajiet li fuqhom ser tkun qed tiffoka Malta huma l-inkluzjoni soċjali u l-bzonn li jkunu ndirizzati materji li huma meqjusa importanti għaċ-ċittadini fosthom l-ugwaljanza, is-sigurtà u l-migrazzjoni b’mod partikolari li r-responsabbilità għall-immigrazzjoni tinqasam b’mod ugwali fost il-Membri tal-Unjoni Ewropea.
Temi oħra li fuqhom ser tkun qed tiffoka Malta hemm dawk tas-suq komuni u s-settur marittimu.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg kien akkumpanjat mir-Rapprezentatriċi Permanenti ta’ għall-Unjoni Ewropea Marlene Bonnici u d-Deputat Rapprezentant Permanenti Neil Kerr.
Ritratt: DOI – Jason Borg