Fl-aħħar ġimgħa, Malta kienet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li naqqas il-każijiet ġodda tal-Covid-19.
Dan it-tnaqqis kien kważi ta’ 27%.
Dan li qed jiġri f’Malta huwa bil-kontra ta’ dak li qed jiġri f’ċerti pajjiżi fil-kontinent Ewropew.
Dan hekk kif hemm pajjiżi li jaqbżu t-30% fir-rata ta’ żieda ta’ każijiet il-ġodda.
L-akbar żieda kienet fl-Iżlanda fejn kien hemm żieda allarmati ta’ 90% fil-każijiet tal-Covid-19.
Wara l-Iżlanda jsegwu l-Kroazja, l-Ukrajna, il-Belġju, il-Polonja u Franza.
Dawn il-pajjiżi kollha kellhom żieda ta’ 30% fil-każijiet ġodda ta’ Covid-19.
Fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne appella sabiex kulħadd ikompli jsegwi l-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa u rringrazzja lil dawk kollha li qed jaċċettaw sabiex imorru jitlaqqmu kontra l-Coronavirus.