Mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, Malta kienet l-inqas pajjiż li żied fil-prezz tal fuel. Dan minn meta ftit tax-xhur ilu l-prezz internazzjonali taż-żejt sploda bi 32%
L-istatistika li kkonfermat dan kienet ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea. Minn tmiem Settembru l-prezzijiet tal-fuel żdiedu għall-ewwel darba din il-ġimgħa b’erba’ ċenteżmi.
Iżda, fl-Unjoni Ewropea kien hemm żieda medja ta’ tmien ċenteżmi fil-prezz tal-petrol u żieda medja ta’ għaxar ċenteżmi fil-prezz tad-Diesel.
L-aħħar statistika tal-Kummissjoni Ewropea turi li l-prezz tal-petrol f’Malta huwa 6ċ inqas mill-medja Ewropea u orħos minn dak li jħallsu madwar 346 miljun ċittadin Ewropea.
L-istess distakk jeżisti fil-prezz tad-diesel. Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea l-prezz ilaħħaq l-€1.24, f’Malta huwa ta’ €1.18ċ.
Dan ifisser li ċ-ċittadini f’pajjiżna qed iħallsu prezz inqas minn dak li jħallsu 361 miljun ċittadin Ewropew.
Fi stqarrija tal-Ministeru fl-uffiċċju tal-Prim Ministru ingħad li din l-istatistika tikkonferma li fl-aħħar tlett xhur il-prezz tal-fuel f’pajjiżna żdied bin-nofs tal-medja Ewropea, wara li raħas ħdax-il darba tul din il-leġislatura.
Fakkar ukoll kif b’kuntrast, fi żmien Gvern preċedenti, il-prezz tal-fuel f’pajjiżna kien żdied bid-doppju tal-medja Ewropea, wara li għola għal iktar minn għoxrin darba.
Il-Ministeru fakkar li li kien għal Kap tal-Oppożizzjoni illum żdiedu wkoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif ġara f’pajjiżi oħra bħal Spanja, Ċipru u l-Isvezja.
Intqal li f’Malta baqgħu irħas biss għax il-Gvern neħħa d-dipendenza fuq il-Heavy Fuel Oil u mexa lejn il-qalba għall-gass li l-Oppożizzjoni hija kontriha, temm jgħid il-Ministeru.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/01/PREZZIJIET.pdf”]