Pajjiżna klassifika fin-numru wieħed fil-lista ppubblikata mis-sit CNN, bħala d-destinazzjoni għal Milied.
Bis-CNN jidentifika l-presepju u x-xeni ta’ nattività bħala l-attrazzjoni ewlenija tal-Milied f’pajjiżna. Bis-sit japprezza l-użanza Maltija, li numru ta’ residenzi jibdlu parti mid-dar jew il-garaxx tagħhom f’wirjiet ta’ presepji mill-isbaħ għall-pubbliku.
Tissemma’ ukoll l-attività mfittxija minn bosta fil-gżira ta’ Għawdex, ‘Betlehem f’Għajnsielem’, presepju ħaj fuq mhedda ta’ 20,000 metru kwadru ta’ għelieqi.
Attività li tara l-parteċipazzjoni ta’ 150 attur, inkluż familji sħaħ, bil-villaġġ jieħu lura lil dawk li jżuruh sa elfejn sena lura. Is-sit isemmi wkoll il-Belt Valletta, bil-kor ikanta barra l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u bid-dekorazzjonijiet tad-dawl il-ġmiel tagħhom li jagħtu xeħta mill-isbaħ lil Triq ir-Repubblika.
Dan apparti l-pantomima li ssir fil-Manoel Theatre.
Tista’ tara dan l-artiklu fuq din il-link.