Għall-investituri barranin, Malta, bħala l-gżira fiċ-ċentru tal-Mediterran hija ċ-ċentru ta’ dik imsejħa Greater Med, li tfisser l-ekonomija taż-żona Mediterranja li tgħaqqad tliet kontinenti. Pożizzjoni strateġika li f’għajnejn l-investituri tiswa mitqlu deheb.
Malta għarfet tieħu vantaġġ ta’ dan u billi toffri riżorsi iktar professjonali qed tattira viżibiltà tajba f’dan il-qasam.
Eżempju ċar ta’ dan huma Ariadne Capital, kumpanija Ingliża t’ invesiment, li wara sitt snin tagħmel l-iktar Summit importanti tagħha fir-Renju Unit, għall-ewwel darba għażlet li toħroġ minn pajjiżha u torganizza s-Summit f’Malta.
Summit fuq medda ta’ jumejn li ġab f’ pajjiżna mijiet t’intraprendituri u investituri minn madwar l-Ewropa kollha biex jiddiskutu opportunitajiet t’investiment għad-deċenju li ġej.
Amit Pau, li hu direttur maniġerjali u partner fil-kumpanija Ingliża stqarr magħna għaliex għażlu lil pajjiżna.