Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laħqet l-immunità għall-virus tal-Covid-19.
Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta mistoqsi minn ONE News, fil-konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbar li sal-lejla pajjiżna se jkun laqqam b’min tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin, 70% tal-popolazzjoni adulta.
Ir-rata ta’ tilqim ta’ pajjiżna hija wkoll l-aqwa fid-dinja, saħansitra Malta qabżet lill-Iżrael.