Is-Segrtearju Parlamentari għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u innovazzjoni Silvio Schembri laqa’ l-pubblikazzjoni tar-regoli maħruġa mill-Awtorità tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta liema regolamenti se jkunu tal-ewwel tax-xorta tagħhom.
Dan il-fatt se jagħmel lil Malta l-ewwel ġurisdizzjoni li se toħloq dawn ir-regolamenti li jassiguraw protezzjoni lill-investitur u saħħa finanzjarja fir-rigward ta’ investiment kollettiv.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li dan huwa l-ewwel pass ‘il quddiem li se jwassalna biex pajjiżna ikollu att dwar muniti diġitali; virtual currency act filwaqt li żied li għaddejja hidma sabiex ikunu regolati muniti virtwali (virtual currencies), ICO’s exchanges u l-użu tat-teknoloġija blockchain.
”Dan huwa pass ieħor lejn is-sostenn tal-ekonomija diġitali ta’ Malta”, temm jgħid Silvio Schembri.