Pajjiżna klassifika l-ewwel fil-lista esklussiva ta’ ‘Travel Secrets’ fir-rivista ‘Lonely Planet 2016′. Malta rnexxielha tikklassifika l-ewwel minn din il-lista ta’ 25 pajjiż li rnexxielhom jagħmluha f’din il-lista mportanti. Din il-gżira hija deskritta bħala dik li għandha ferm aktar x’toffri mix-xemx u l-baħar.
L-awtriċi Abigail Blasi, iddeskrivit il-Belt Valletta bħala waħda mill-isbaħ bliet fl-Ewropa. Hija tat pariri lil qarrejja dwar il-lukandi li tissuġġerixxi li għandhom joqogħdu fihom u dwar fejn għandek tiekol, hija ddeskrivit il-gżira Għawdxija bħala wieħed mill-aqwa postijiet fl-Ewropa biex tagħmel ‘Scuba Diving’. Waħda miż-żewġ paġni miktuba dwar Malta, turi ritratt ta’ għawwiem fil-baħar sabiħ ta’ Għawdex.
Din ir-rivista, hija popolari ferm ma’ dawk it-turisti li jkunu qegħdin jagħżlu d-destinazzjoni tagħhom, filfatt għandha aktar minn 1.35miljun qarrej.