Skont rapport ekonomiku minn Columbia University fi New York, pajjiżna jinsab l-ewwel fid-dinja bl-aqwa skemi ta’ għajnuna għan-negozji u self employed li ġew milquta mill-pandemija.
Irrapporta dwar dan il-BBC. Malta ġiet l-ewwel fid-dinja segwita minn pajjiżi kbar bħal Ġappun, Lussemburgu, l-Belġju u l-Istat Uniti.
Il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri qal li dan huwa ċertifikat ieħor li juri kemm il-Gvern qed jieħu l-aħjar deċiżjonijiet ekonomici fl-interess ta’ pajjiżna.
Fi tweet il-Prim Ministru ta’ Malta, Robert Abela stqarr li jinsab sodisfatt li pajjiżna kklassifika fl-ewwel post fi studju li fih ipparteċipaw 166 pajjiż.
#Malta 🇲🇹 is investing heavily and strongly in #economicmeasures through the period of #COVID19. Satisfied that our #country ranks first among a concluded study between 166 countries. – RA pic.twitter.com/RhErqTc95V
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 8, 2020