Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland kellha kliem ta’ tifħir għal mod kif pajjiżna affaċja l-pandemija tal-Coronavirus.
F’kumment li tat ma stazzjon tar-radju lokali, hija ferħet lill-Gvern Malti filwaqt li rrikonoxxietu bħala l-aqwa fl-Ewropa għal mod kif ġiet ikkontrollata l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.
“I really have to say a warm congratulations to the Government of Malta. They’ve been the best in the whole of Europe. They’ve really protected the people of Malta. They galvanised the energy that is quintessentially Maltese, and kept people safe.”
Patricia Scotland stqarret li l-Commonwealth provdiet pjattaforma għall-Membri stati sabiex ikunu jistgħu jingħaqdu u jiġġieldu l-pandemija flimkien. Dan filwaqt li nnotat kif pajjiżna għandu rwol importanti u attiv fil-ħidma tal-Commonwealth.
Hija kompliet tgħid kif kulħadd jinsab impressjonat b’dak li Malta irnexxielha tikseb u li għalhekk pajjiżna huwa ta’ eżempju ta’ kif pajjiż għandu jaffaċja pandemija.
“A number of small states are saying, ‘If the Maltese can do it, we can do it too’. And this is why the sharing of information about what works and what does not work is absolutely important. Many people are looking at Malta, not only celebrating her, but also copying her too.”
Dawn ir-rimarki pożittivi ikomplu fuq il-fatt li pajjiżna ġie magħżul mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala l-pajjiż eżemju ta’ kif qed jimxi u jaħdem waqt din il-pandemija tal-Coronavirus, li laqtet lid-dinja kollha.