Malta hija l-aktar pajjiż tal-Unjoni Ewropea għal kull ras li qassmet vaċċini kontra l-Covid-19 bħala donazzjoni.
Dan sostnieh id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Proud that #Malta 🇲🇹 has the EU’s highest per capita rate of #CovidVaccine donation. #kburilimalti pic.twitter.com/KfcSa9QAeS
— Chris Fearne (@chrisfearne) October 20, 2021
Dan il-fatt ġie innutat mid-Direttur Reġjonali tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa, Hans Kluge.
Huwa faħħar lil Fearne u qal li huwa importanti li kull persuna f’kull rokna tad-dinja tkun imlaqqma kontra l-Covid-19 biex dan il-virus ma jkomplix jinfirex.
Bravo @chrisfearne : The more the virus circulates, the greater the risk that it can mutate and hit back stronger. It is both ethical and smart to share vaccine doses to extend protection to as many people as possible in the shortest time. We must vaccinate everyone most at risk! https://t.co/IF8NTyq0Xu
— Hans Kluge (@hans_kluge) October 20, 2021