Matul il-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES) li kien organizzat għall-ewwel darba f’Malta, il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja reġa’ ġie elett Viċi President tal-YES għal mandatt li jasal fi tmiemu fl-2023.
Fi stqarrija Żgħażagħ Laburisti qalu li matul dan il-Kungress bit-tema ‘Together for a Fair & Green Recovery’ ittella’ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, tressqu ammont ta’ reżoluzzjonijiet għad-diskussjoni minn organizazzjonijiet taż-żgħażagħ Ewropej, marbuta mat-tema ta’ rkupru b’saħħtu, id-drittijiet ċivili, l-ambjent, is-saħħa u l-ekonomija.