Għal xahar ieħor, f’Ottubru, Malta kellha l-inqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona Ewro. Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Minn dawn jirriżulta kif ir-rata ta’ pajjiżna, f’dan ix-xahar, kienet ta’ tlieta fil-mija. Dan filwaqt li r-rata medja fiż-Żona Ewro kienet ta’ 6.3% jew aktar mid-doppju minn dik ta’ pajjiżna.
Dan, fl-istess ħin, li mill-istess statistika ħareġ li, f’Ottubru, Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, wara l-Ġermanja u l-Olanda. Hawn, ir-rata medja fiż-Żona Ewro hi ta’ ħmistax fil-mija, ferm aktar mir-rata ta’ pajjiżna.