Huwa ta’ sodisfazzjon li l-politika tal-Gvern qed twassal għar-riżultati tanġibbli u li jxejnu gidbiet preżentati fil-mezzi tax-xandir, dan saħqu l-Ministru għall-finanzi Edward Scicluna fid-dawl tal-erba’ rapporti pożittivi li rċieva pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet. Rapporti li jitkellmu dwar dimensjonijiet differenti tas sostennibilita tal ekonomija maltija issa u fiż-żmien li ġej.
Fid-dawl tar-riżultati miksuba, Scicluna wissa’ dwar periklu wieħed, li jista’ jkisser dan kollhu, dik li fix-xhur li ġejjien l-Oppożizzjoni tibda tagħmel wegħdiet fierħa biex tidher tajjeb mal-pubbliku mingħajr ma jkunu studjati bil-galbu. Scicluna spjega li meta minħabba kampanja elettorali partit iffajjar miżuri li fil-verita m’humiex fattibbli xorta titfa pressjoni fuq il-Gvern biex jippreżenta proposti attraenti li jistgħu ma jkunux ta’ benefiċċju għall-ekonomija fit-tul. Scicluna wissa’ ukoll li alegazzjonijiet malizjużi dwar il-ħidma tal-Gvern fosthom dwar l-enerġija jew il-paga minima jħallu l-istess effett negattiv.
“Malta jistħoqqilha aħjar, aħna niddefendu lil pajjiżna kontra l-gideb,” qal Scicluna.
Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Ian Borg saħaq li l-Gvern qed jikseb fondi Ewropej bl-għaqal biex dawn jgħinu lil Gvern joħloq skemi li jgħinu aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jixprunaw l-investiment u jsaħħu l-ekonomija. Sforzi li qegħdin jikkontribwixxu fis-suċċess tal-Gvern.