Id-DJ Irlandiża Annie Mac inħatret Ambaxxatriċi Maltija tal-Festivals. Hija magħrufa l-aktar għall-programm tar-radju fuq BBC Radio 1 li jismu Radio 1’s Dance Party with Annie Mac. Mac hija l-ewwel Ambaxxatriċi Maltija għall-festivals, u ngħatat iċ-ċertifikat ta’ dan mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, u l-Kap tal-Avvenimenti fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Lionel Gerada.
Mac kienet diġà tippromwovi numru ta’ festivals li jsiru Malta, fosthom Lost & Found.
Il-Ministru Mizzi qal li d-DJ Irnaldiża diġà qajmet interess kbir lejn Malta, u li dan huwa eżempju kif pajjiżna juri li huwa destinazzjoni ideali għal kul tip ta’ okkażjoni.