Il-President u l-Kap Eżekuttiv tal-Assoċazjoni United States Tour Operators Association (USTOA), Terry Dale, jgħid li operaturi tat-tours flimkien mal-midja irrikonoxxew il-fatt li Malta hija pajjiż proattiv fis-suq Amerikan u qed tbiddel il-mentalità ta’ diversi operaturi u tal-konsumaturi u jistqarr li din hija aħbar tajba għall-ekonomija Maltija.
Ir-rappreżentanta Maltija għall-awtorità tat-turiżmu, Michelle Buttigieg, tgħid li Malta kompliet iżżid in-numru ta’ operaturi tat-tours li jixtiequ jżidu lil pajjiżna mal-itinerarju tagħhom filwaqt li dawk li qed jespandu l-pakkett tagħhom għal Malta żdiedu għal 30 fl-2017.
Buttigieg innotat li l-interess għal pajjiżna dejjem qed jikber fl-Amerika u dan huwa riżultat ta’ riklamar kontinwu fil-midja popolari tal-ivjaġġar. Malta kienet ukoll imsemmija f’diversi listi bħala “place to go in 2018″ fosthom fuq, Lonely Planet, Travel + Leisure, Condé Nast Traveler u oħrajn.