X’jistenna minn Brexit? X’jaħseb mill-fatt li d-dewmien biex jiskatta Artiklu 50, li jara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, qed jikkawża frustrazzjoni fost pajjiżi Ewropej?
Mistoqsijiet li wieġeb għalihom il-Prim Ministru Joseph Muscat, li jinsab Brussell għal Summit Ewropew li fih se jiġu diskussi wkoll is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-kummerċ u l-imigrazzjoni.
“Ma ntihomx tort” sostna l-Prim Ministru dwar id-dewmien tal-Ingliżi fin-negozjati, filwaqt li qal li mhix sorpriża li żmien il-presidenza ta’ Malta se tinzerta fl-istess żmien ta’ avvenimenti li jaf ibiddlu l-Ewropa kif nafuha, b’elezzjonijet f’pajjiżi kbar bħal Franza u l-Ġermanja. “Qed tistenniena xi ħaġa li aħna lesti li nagħmluha…piż li lesti nerfgħu” sostna Joseph Muscat.
Qal li huwa tajjeb li l-Ewropa tagħmel analiżi tal-kuxjenza. L-Ewropa trid tibqa’ bil-moviment ħieles tal-persuni imma hemm min qed jabbuża biex jiehu beneficcju. Għax bid-difetti kollha li għanhda, bhalissa hija l-aħjar alternattiva għal dan ir-reġjun.
“Mill-laqgħa mhu qed nistenna xejn” wieġeb frankament il-Prim Minsitru. “Malta imnalla ħsibna għal rasna, ħdimna mat-Taljani u ma pajjiżi oħra biex nimmaniġjaw is-sitwazzjoni”.
Dwar ir-Russja, qal li dan huwa l-ikbar ġar tal-Ewropa, u Russja feruta tkun ġar perikoluż. Għalhekk jeħtieġ li l-Ewropa tasal bi djalogu.
Fuq tema lokali, il-Prim Ministru kien mistoqsi dwar il-fatt li l-PN qed jakkuża lill-Gvern li falla t-test tal-Caritas. Tista’ tisma din it-tweġiba u l-intervista sħiħa hawn: