Illum Malta tiċċelebra l-festa tal-qaddis patrun tagħha, San Pawl, b’tifkira tal-ġrajja tan-nawfraġju tiegħu, li tradizzjonalment jimmarka l-magħmudija tal-Maltin fidi nisranija.
Din il-festa nazzjonali tiġi ċċelebrata b’tant għożża mill-poplu kollu, speċjalment mill-Beltin, għaliex torbot il-kultura ta’ pajjiżna mal-għeruq Kristjani tiegħu.
Dalgħodu fil-Belt isir il-pontifikal fil-Knisja Kolleġġjata Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfraġju fil-Belt Valletta, li tiċċelebra is-Solennità ta dan l-istess qaddis.
Din is-sena, l-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta ħabbru li l-attivitajiet esterni ta matul il-jum u l-purċissjoni bil-vara ta’ San Pawl jiġu mħassra minħabba l-maltemp.
Dan biex għada is-Sibt, l-Għaqda tal-Pawlin flimkien mas-Soċieta Filarmonica Nazionale La Valette torganizza ‘Marċi Pawlini’, fi Triq Santa Luċija fis-2:00 pm.
Wara, fil-5:30 issir il-purċissjoni sinodali bil-vara ta’ San Pawl Nawfragu mat-toroq tal-Belt Valletta akkumpanjata minn ħruq ta’ nar tal-ajru, mill-Port il-Kbir.
Intant, illum fis-1:30 pm, il-Banda tas-Società Filarmonica La Valette se teżegwixxi programm ta’ marċi fis-sede tagħha.