“Top Destination to Unwind” – hekk iddeskrivew lil Malta Lonely Planet: ditta li ħafna jfittxu għall-pariri dwar l-ivjaġġar.
Lonely Planet żvelaw l-aqwa destinazzjonijiet biex iżżur is-sena d-dieħla permezz ta’ Lonely Planet’s Best in Travel 2023.
Malta ġiet rikonoxxuta waħda mill-aqwa destinazzjonijiet għar-rilassament, flimkien ma’ destinazzjonijiet bħal Halkidiki fil-Greċja u l-Ġordan.
Skont Lonely Planet, Malta hija “maħbuba ħafna mill-viżitaturi Ewropej għal għexieren ta’ snin,” u żiedet li “qed tattira aktar viżitaturi minn madwar id-dinja, attirati mit-tempji preistoriċi, opportunitajiet ta’ scuba diving u l-Belt Valletta, il-kapitali sabiħa tagħha.”
Il-premju ġie ppreżentat lill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, Dr Gavin Gulia u Carlo Micallef, Chairman u CEO tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, waqt il-World Travel Market tal-ġimgħa li għaddiet f’Londra.