Malta hija waħda mill-aħjar gżejjer fid-dinja biex tippakkja u tmur tgħix fiha.
Dan skont is-sit globali Forbes, li faħħar lil pajjiżna għall-ibliet antiki u l-bajjiet pittoreski fost l-oħrajn.
Forbes innota li l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna huwa wieħed modest filwaqt li saret referenza għall-programm ta’ rkupru tat-turiżmu, li se jara l-ħlas sa mitejn ewro għal kull turist li jżur pajjiżna.
Is-sit innota kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħejjiet dan il-programm, li se jiswa mat-tliet miljun u nofs ewro, sabiex pajjiżna jerġa’ jieħu spinta fl-ekonomija tant mistennija wara iktar minn sena ta’ pandemija.
Is-sit Forbes innota ukoll it-tnaqqis sostanzjali fil-każijiet ta’ Covid-19 kif ukoll il-fatt li Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim fl-Ewropa,
Bir-rata għolja ta’ vaċċinazzjoni u rata baxxa ta’ infezzjonijiet, is-sit irrimarka li bħalissa huwa ż-żmien ideali għal btala fil-gżejjer Maltin.