F’laqgħa straordinarja oħra tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo tenna l-appoġġ ta’ Malta lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha filwaqt ligħal darb’oħra ikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja.
Il-Ministru Bartolo rrimarka li filwaqt li Malta hija newtrali militarment, Malta toqgħod mal-valuri tas-sovranità, l-indipendenza, l-ugwaljanza tan-nazzjonijiet, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u r-rifjut tal-użu tal-forza militari fuq pajjiżi oħra.
Il-Ministru Bartolo enfasizza l-importanza li jinżamm rispons sod u magħqud permezz ta’ sanzjonijiet qawwija kontra istituzzjonijiet u mexxejja Russi ewlenin, flimkien ma’ implimentazzjoni effettiva li hija ta’ l-akbar importanza.
Barra minn hekk, il-Ministru Bartolo faħħar lill-komunitajiet Ukreni u Russi li jgħixu flimkien f’paċi f’Malta u wissa kontra l-ħolqien ta’ klima ta’ inċitament u diskors ta’ mibegħda kontra r-Russi komuni.