74% tal-investituri barranin jemmnu li Malta hija d-destinazzjoni attraenti għall-investiment dirett barrani. Dan ħareġ mill-istħarriġ annwali tal-EY, li qed jiġi ppreżentat dalgħodu.
Is-sistema ta’ tassazzjoni, l-istabbiltà tal-klima soċjali, u ż-żieda fil-potenzjali tal-produttività fi ħdan il-kumpaniji huma fatturi li skont investituri barranin, jagħmlu lil Malta destinazzjoni attraenti għall-investiment dirett barrani.
Dan filwaqt li 65% tal-investituri barranin għandhom ħsieb li jespandu n-negozju tagħhom f’pajjiżna.