12,500 delegat minn madwar l-erbat irjieħ tad-dinja jinsabu f’Malta għal summit internazzjonali tal-igaming magħruf aħjar bħala SIGMA u li qed jitlaqa’ fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Ta Qali.
Dawn l-esperti tal-gaming u tal-ekonomija diġitali qed jiltaqgħu f’pajjiżna għall-ħames sena u matul din il-fiera qegħdin jieħdu sehem aktar minn 400 esebitur, u aktar minn 200 kelliem.Il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-imħuħ hija turija ċara tal-passi li pajjiżna qed jagħmel f’dan il-qasam.
L-Uffiċjal Kap Operattiv tal-kumpanija Ganaeight Coin Limited, Juliet Adelstein, qalet li f’pajjiżna sabu iżjed minn dak li stennew.
Tgħid li l-aqwa deċiżjoni li ħadet il-kumpanija kienet li investit f’pajjiżna:
“This is really the only place in the world we could decide on, what we didn’t know before coming here was just how welcoming Malta would be to our ideas and companies, and it was something completely culturally outside to what would they are used to. It has been the best decision we have taken yet”.
Gemma Edwards, mill-kumpanija GIG, tgħid li dak li kisbet Malta fis-setturi tal-ekonomija diġitali u l-gaming fost oħrajn hu sostennibli:
“For example, GIG is going to invest in people, and we are going to continue to attract talent to Malta”.
Din hija l-ewwel darba li l-konferenza qed titgħella fuq skala dinjija, kif jgħid is-Sur Eman Pulis, il-fundatur ewlieni ta’ dan is-summit:
“SIGMA bdiet bħala event nazzjonali, u saret event Ewropea, fejn kellna ħafna delegati ġejjin mill-Ewropa, u din is-sena għall-ewwel darba nistgħu nsejħula event mondjali. Għandna ħafna delegati ġejjin mill-Asja, mill-Amerka, mis-suq Latin Amerikan, u ċertament ser isaħħaħ is-settur f’Malta u d-domanda għal-liċenzji f’Malta”.
Il-ftuħ tas-Summit kien indirizzat mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li stqarr li Malta hija ċentru ta’ eċċellenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ gaming u ekonomija diġitali. Qal li llum is-settur hu differenti minn kif kien għaxar snin ilu, hekk kif inbidel u ddiversifika l-attivajiet tiegħu.
Il-Prim Ministru qal li għas-snin li ġejjin is-settur tal-igaming mistenni jkompli jikber permezz ta’ inizjattivi u sinerġiji ġodda. Il-Prim Ministru Muscat tkellem ukoll dwar is-settur tal-video gaming, u nnota li din hija industrija li qed tħalli aktar minn tmienja u sebgħin biljun dollaru madwar id-dinja, u li qed tikber b’mod kontinwu.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal kif bħalissa f’pajjiżna hawn 300 kumpanija tal-gaming li qed ifittxu li jimlew aktar minn 761 post tax-xogħol vakanti.