Malta Ġusta hija t-tema għall-Budget 2024.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ħabbar din it-tema propju dalgħodu f’jum il-Baġit.
Huwa ħabbar dan fuq il-pjattaformi soċjali tiegħu u saħaq li l-Budget hekk kif sostna f’dawn l-aħħar ġimgħat saret konsultazzjoni fost ħafna setturi tas-soċjetà.
Il-Prim Ministru b’hekk qal li llejla se jkun qed jiġi ppreżentat Baġit tan-nies għax ġie mfassal flimkien man-nies.
Temm jgħid li dan il-Baġit se jfisser it-twemmin li jħaddan dfan il-Gvern ta’ Malta Ġusta.
Illejla d-diskors tal-Budget jibda fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija u ONE se jkollu xandira speċjali fejn se jaġġorna lis-segwaċi bil-miżuri li jkunu qed jitħabbru.