F’Novembru li għadda, Malta kellha fost l-inqas rati ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona tal-Ewro.
Skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT, pajjiżna għandu t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad minn fost l-għoxrin pajjiż fiż-Żona tal-Ewro.
Skont dawn iċ-ċifri, f’Novembru, pajjiżna kellu rata ta’ qgħad ta’ 3.2%.
Din ir-rata ta’ qgħad ta’ pajjiżna hija inqas sew mill-medja tar-rata tal-qgħad taż-Żona tal-Ewro.
Ir-rata medja tal-qgħada tal-għoxrin pajjiż li huma parti miż-Żona tal-Ewro hija ta’ 6.5%; id-differenza hija aktar mid-doppju tar-rata ta’ pajjiżna.
Minn din l-istastistika ħareġ ukoll li r-rata tal-qgħad f’Malta hija fost l-inqas fiż-Żona tal-Ewro kemm fl-irġiel ukif ukoll fin-nisa.
Ir-rata tal-qgħad tal-irġiel kienet ta’ 3.3%, filwaqt li r-rata tal-qgħad tan-nisa kienet ta’ 3%.
Hawnhekk, fiż-żewġ kategoriji, ir-rata ta’ Malta hija inqas sew mill-medja taż-Żona tal-Ewro, li hija d-doppju minn dik ta’ pajjiżna.
Dawn iċ-ċifri mill-EUROSTAT ikomplu jikkonfermaw li l-qgħad f’pajjiżna jinsab bl-inqas rata li qatt kien fl-istorja.