“Malta għandha bżonn lil Alfred Sant. Alfred għandu l-esperjenza, dik it-tip ta’ viżjoni li fil-Parlament Ewropew u f’kull post iġib miegħu kull bniedem ta’ esperjenza b’viżjoni tant kbira. Ħassejt li kelli noħroġ rasi u nitolbu pubblikament biex jagħmel dan il-pass. Kieku kellu jirtira nemmen li kien jitlef ħafna l-partit u jitlef ħafna l-pajjiż. Nemmen li x-xogħol tiegħu fil-Parlament Ewropew se jibqa’ jkun imprezzabbli f’isem pajjiżna. Alfred ma għandu bżonn lil ħadd biex jitkellem dwar il-kwalitajiet tiegħu. Ngħid biss li ftit tax-xhur ilu tani battikata kbira biex nikkonvincih biex joħroġ. Nirringrazzja lil dawk kollha li ghenuni biex nagħmel dan.”
Hekk qal il-Prim Ministru Joseph Muscat lil Alfred Sant waqt t-tnedija uffiċcjali tal-kampanja tiegħu FIDUĊJA F’MALTA – GĦAL EWROPA SOĊJALI.
“Nirringrazzja lil Alfred tal-ħidma siekta u bla waqfien fil-Parlament Ewropew. Jien naf l-interventi li jagħmel Alfred biex jiddefendi lil Malta, biex iddefenda lili personalment,bie iddefenda lil Partit Laburista , u lil Malta fuq kollox.”
Il-Prim Ministru qal li l-ħidma fis-skiet ta’ Alfred hija importanti f meta s-soċjalisti u demokratiċi fl-Ewropa mhux jattiraw l-appoġġ tan-nies, minkejja li għandna problemi li ħoloq ħaddieħor.
“Alfred jipprova jġib f’sensihom dawk l-elementi biex is-soċjalisti ewropej ma jinqatgħux minn min-nies, anzi jgħidihom biex jitkellmu fuq dak li jħossu n-nies sabiex nagħmlu d-differenza. Jien minn hawnhekk nawguralu minn qalbi.”
“Nawguralek ħafna snin oħra ta’ ħidma – Malta għandha bzonnok.” qal Joseph Muscat.
Fl-intervent tiegħu, Alfred Sant qal li irridu naħdmu biex l-Ewropa issir aktar ħanina, li ssir Ewropa tal-ħaddiema, tax-xogħol, tal-anzjani u tal-pensjonanti. F’dawn l-aħħar snin il-kredenzjali tal-Ewropa naqsu, waqgħu lura. Issa s-soċjalisti u demokratiċi fl-Ewropa qed jerġgħu jaħdmu biex jagħtu n-nifs lil Ewropa soċjali.
“Nixtieqkom li tkunu magħna hemmhekk biex tassew nerġgħu nibnu Ewropa soċjali li tiddefendi liż-żgħażagħ u tiddefendi lil ħaddiema.”
Alfred Sant qal li rridu niżguraw li nkomplu nibnu l-fiduċja tagħna f’pajjiżna. “Jiena Malti qabel ma jien Ewropew. Irridu nżommu qawwija l-fiduċja f’Malta – Malta tagħna, Malta li tiġi l-ewwel u qabel kollox. Fl-aħħar snin tqażżiżt nara kif sħabna hawnhekk jimminaw l-isem ta’ Malta fil-Parlament Ewropew . Dawn qed jipprovaw jimminaw l-isem ta’ Malta u allura hemm bzonn li nuru l-fiduċja tagħna f’Malta kull fejn inkunu.”.
Alfred Sant saħaq dwar l-importanza li kulħadd jivvota fl-elezzjonijiet Ewropej lill-kandidati Laburisti kollha biex insaħħu l-vuċi Laburista fl-Ewropa.
“Din se tkun l-aħħar elezzjoni li qed nieħu sehem fiha – u jaħti sieħbi hawnhekk li qiegħed fiha din il-ħaġa – se nkun qed nagħmilha bit-tempesta kollha li naf nagħmel jien ukoll.” qal Alfred Sant.
L-attivita’ ġiet indirizzat wkoll minn Alison Zerafa Civelli u ChristianZammit.
Alison Zerafa Civelli qalet li Alfred Sant iħares fil-bogħod u fit-tul. “Sikwiet nisma’ lin-nies jgħidu kemm kellu raġun.Alfred iħares fil-bogħod u jaħseb fit-tul – persuna li jien nibqa’ dejjem grata u leali lejh. Persuna li jien nibqa’ dejjem nammira.”
Christian Zammit qal li Malta u Għawdex jixirqilhom ikunu rappreżentati minn Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.
“Fil-Parlament Ewropew hemm ħafna ilpup lesti biex jimmassakkraw is-suċċess li qed tirregistra Malta taħt it tmexxija ta’ Joseph Muscat. Propju għax hemm dawn l-ilpup li għandna bzonn lil Alfred Sant jiddefendina biex fih ikollna tarka vera ta’ Malta u Għawdex.”
Waqt l-attivita’ ixxandar messaġġ ta’ appoġġ tal-Ministru Helena Dalli.