Fir-rapport annwali għas-sena 2021, li ġie ppubblikat l-Erbgħa, il-MONEYVAL innutat kif Malta għamlet progress sinifikanti.
Skont il-MONEYVAL, li hija parti mill-Kunsill tal-Ewropa, intqal li pajjiżna rnexxielu jilħaq l-aspettativa ġenerali ta’ dak li l-pajjiżi mistennija jagħmlu fi żmien sentejn.
Il-Moneyval irrimarka dwar ix-xogħol li sar fuq it-twettiq tar-rakomandazzjonijiet tal-FATF, li min-naħa tagħha kienet qalet li pajjiżna ħa l-passi neċessarji kollha biex jindirizza strateġikament ir-rakkomandazzjonijiet tal-istess FATF.
Fil-fatt, jixhed dan huwa l-punt li Malta m’għandha l-ebda kriterju li huwa mhux konformi.
Dan ir-rapport tal-MONEYVAL, li huwa rapport indipendenti, jagħti ħarsa lejn ir-riformi li jkunu għaddejjin fil-pajjiżi Ewropej.
Dan ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jkompli ma’ istituzzjonijiet oħrajn, fosthom il-Kummissjoni Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, faħħret lil Malta għar-riformi favur is-saltna tad-dritt.