It-Tlieta filgħaxija, it-tim nazzjonali tal-Malti tal-futbol kiteb l-istorja, hekk kif fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League, pajjiżna ġie promoss għal Grupp B ta’ din il-kompetizzjoni Ewropea.
Dan seħħ wara li t-tim Malti tan-nisa rebaħ bl-iskor ta’ tnejn b’wieħed kontra l-Latvija, fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali, quddiem folla sabiħa ta’ partitarji Maltin.
L-ewwel taqsima ntemmet mingħajr gowls u fit-tieni taqsima l-Latvja skorjat permezz ta’ penalty mogħti minn Karlina Miksona.
Iżda t-tim Malti, li kien jeħtieġ biss punt minn din il-logħba biex jikkwalifika, irnexxielu jġib l-iskor indaqs ma’ kważi siegħa logħob, b’gowl ta’ Kailey Willis.
Kien kif fit-72 minuta, meta pajjiżna mar għall-ewwel darba fil-vantaġġ. Kienet Rachel Cuschieri li rnexxielha tagħti pass preċiż lejn Maria Farrugia li, wara li daret mad-difiża tal-Latvija, tefgħet il-ballun fix-xibka.
Dan il-gowl fisser li Malta spiċċat fl-ewwel post tal-kompetizzjoni b’sittax-il-punt wara ħames rebħiet u draw wieħed minn sitt logħbiet. Tul il-kompetizzjoni n-nisa Maltin skorjaw b’kollox tlettax-il darba, waħda li sofrew biss gowl wieħed, proprju fil-logħba mal-Latvija.
Mat-tisfira finali spikkaw iċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers Maltin, l-istaff tekniku u partitarji hekk kif pajjiżna, għall-ewwel darba fl-istorja, mhux biss rebaħ il-grupp, iżda kiseb il-promozzjoni.
Din l-aħbar ġabet ir-reazzjonijiet pożittivi minn bosta, fosthom mill-Prim Ministru Robert Abela, li awgura lit-tim nazzjonali tan-nisa li kiteb l-istorja bl-aktar mod konvinċenti.
Mal-Prim Ministru, ingħaqdet ukoll martu Dr Lydia Abela, li tenniet li dan hu xhieda kif bid-determinazzjoni u r-rieda xejn mhu impossibli.
Il-Partit Laburista wkoll awgura lit-tim tan-nisa Malti għal dan ir-riżultat pożittiv f’isem pajjiżna.