Malta tinsab quddiem nett fejn tidħol kategorija ta’ impjiegi bbażati fuq għarfien speċjalizzat tal-ħaddiema f’bosta setturi. Dan ħareġ minn indiċi internazzjonali magħruf bħala ECEPR and Nordic Capital Brain Business Jobs Index, li studja dawn it-tip ta’ impjiegi, li fl-aħħar snin żiedu fl-aħħar snin.
Dawn jinkludu konsolenzi dwar l-immaniġġjar tal-kumpaniji u l-informatika, inġinerija, impjiegi bbażati fuq teknoloġija tal-ogħla kwalità u xjenzati fost l-oħrajn.
Dan l-istudju poġġa lil Malta fl-aqwa post f’dan il-qasam ta’ impjiegi fost il-pajiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa, tant li jirrappreżentaw 7.7% tal-impjiegi f’Malta, u nafu wkoll li bejn l-2012 u l-2019, f’Malta kellna żieda ta’ 9,500 impjieg ta’ dan it-tip.
Binanca Labs u Quidax, it-tnejn ibbażati f’Malta, fil-fatt ġew rikonoxxuti bħala eżempju siewi ta’ start-ups innovattivi li jispeċjalizzaw f’dawn l-impjiegi.
L-indiċi jkompli jgħid li f’dak li hu reklamar u market research, Malta tinsab b’saħħitha ferm u fuq quddiem nett meta mqabbel mal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej, l-istess fejn jidħlu uffiċċji ċentrali f’dan is-settur ta’ xogħol li joperaw minn Malta.
Bejn l-2012 u l-2019 pajjiżi oħra fin-naħa t’isfel tal-Ewropa tilfu aktar minn 58,000 impjieg minn dawn, partikolarment Spanja. L-istudjużi ta’ dan l-indiċi qalu li dawn it-tip ta’ impjiegi speċjalizzati kapaċi jattiraw investiment li jġib valur għal triq sostenibbli fuq perjodu twil, u komplew isostnu għal riċerka fuq kif l-għarfien isaħħaħ il-kundizzjonijiet għal investimenti tajbin, speċjalment wara li tgħaddi l-pandemija.