Malta qed tagħti l-importanza dovuta fuq il-mediċini antimikrobjali u qed tmexxi aġenda bi prijorità f’dan ir-rigward. Dan ħareġ mid-diskors tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta dalgħodu indirizza l-laqgħa tal-ministri tas-saħħa Ewropej (EPSCO) fil-Lussemburgu.
Id-Deputat Prim Ministru qal li r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija prijorità għas-saħħa pubblika u għalhekk jeħtieġ li l-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) tingħata importanza fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.
Semma wkoll l-importanza tal-funzjonament aħjar tas-suq intern għall-farmaċewtiċi, liema farmaċewtiċi huma essenzjali biex tingħata l-aqwa kura tas-saħħa.
Fid-diskors tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li Malta proponiet l-AMR fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa ministerjali li jmiss tal-Valletta Declaration, liema laqgħa se ssir f’Malta fit-12 ta’ Lulju li ġej.
Ritratti: MFH