F’diskors mistenni fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali annwali tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat stqarr li Malta dejjem kienet ċentrali f’dak kollu li jagħmel il-Partit Laburista.
L-għajta Malta f’qalbna li se tmexxi l-kampanja elettorali fiż-żmien li gej, stqarr li mhix biss għall-kampanja imma għajta li l-poplu qed iħoss u qed jgħix. Il-Prim Ministru tkellem dwar kif is-suċċess ekonomiku ta’ dan il-pajjiż qed iħossu kulħadd u semma wħud mill-miżuri li gawda u qed igawdi minnhom il-poplu, grazzi għal dak li wiegħed u fuq kollox wettaq il-Partit Laburista fil-Gvern.
Fost oħrajn iż-żieda fil-pensjonijiet, żewġ baġits bla taxxi, roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, childcare b’xejn, medicina dejjem in stock, tnaqqis fil-waiting lists, kwalità ta’ arja aħjar, aktar ħin mal-familja, trasport b’xejn għall-istudenti u ħafna aktar.
Il-Prim Ministru fisser kif meta ngħidu Malta f’qalbna, infissru lil Maltin u lil Għawdxin kollha f’qalbna. Fid-diskors tiegħu, Joseph Muscat qal li l-isfidi huma wkoll parti mill-viżjoni ta’ pajjizna għaż-żmien li ġej, għall-futur li hu qasam fi tlieta – l-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni.
Il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista għandu soluzzjonijiet għall-isfidi li jinħolqu, kuntrarju għal ħaddieħor li mhu joffri xejn. Stqarr li jippreferi pajjiż li jkollu konsegwenzi tal-progress milli konsegwenzi ta’ pajjiż staġnat kif instab fl-2013.
Huwa qal li x-xogħol li qed isir fl-infrastruttura tat-toroq juri li dan hu gvern li jippjana u jiddeċiedi u mhux li jsib l-iskużi biex ma jsirux l-affarijiet.
Il-Prim Ministru partikolarment tkellem dwar infrastruttura ambjentali u qal li jrid li l-pajjiż jitla f’livell ieħor fejn għandu x’jaqsam tindif u ħabbar li fil-jiem li gejjin se jitħabbar l-akbar proġett ta’ spazju miftuħ ġdid f’ġenerazzjoni.
Joseph Muscat qal ukoll li fil-ħsieb tal-partit biex il-pajjiż ikompli jirnexxi hemm ukoll l-isport. Qal li hawn irid ikollna attitudni ta’ winners u li dan huwa pajjiż ta’ ‘winners.’
Sostna li dan irid isir biex titrawwem ġenerazzjoni rebbieħa ta’ sportivi, biex l-aqwa fl-Ewropa u fid-dinja tibda tintuża wkoll fl-isport. Il-Prim Ministru qal li dan huwa partit tal-ħaddiema u tax-xogħol li jemmen li huwa xogħol li hu c-cavetta kontra l-faqar.
Joseph Muscat tkellem dwar l-innovazzjoni u qal li l-isfidi vera mhumiex dawk li jbeżża bihom ħaddieħor imma li nibqgħu pajjiż kompettiv li joffri xogħol ta’ kwalità b’kundizzjonijiet mill-aqwa. Sostna li l-politika ta’ ħaddieħor treġġa l-arloġġ lura fuq il-ġid kollu li qed jinħoloq.
Fuq kollox fid-diskors tiegħu, l-Prim Ministru qal li tinħass il-viżjoni ta’ partit inklussiv. Fakkar li s-socjalisti jiftħu u mhux jagħlqu l-bibien, li joffru l-opportunita għal kulħadd u li jifhmu u jgħinu lil min jaqa lura.
Il-Prim Ministru ma naqasx milli jitkellem dwar il-housing u qal li fi ftit ta’ żmien ieħor se jkun hemm proġett ta’ housing affordabbli li se jagħti saff ieħor ta’ stabbilita lis-suq tal-propjeta u joffri għażla aktar wiesa u ta’ kwalita lil min ma jaffordjax certi propjetajiet.
Fl-għeluq tad-diskors tiegħu, l-Prim Ministru fisser x’inhi l-għażla li għandu quddiemu l-poplu fil-25 ta’ Mejju li ġej – għażla ta’ bejn min hu l-aktar kompetenti, għażla fuq il-viżjoni tal-pajjiż, fuq l-esperjenza ta’ min taf fejn int miegħu u stqarr li fuq kollox, Joseph mhux se jieqaf zopptu!