Kmieni illum waranofsinhar f’Dublin telaw il-poloz tal-fazi ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewro 2020 fejn it-tim nazzjonali Malti ser jilgħab fi Grupp F kontra l-qawwa ta’ Spanja, Svezja, Norveġja, Rumanija u Faroe Islands.Preżenti għat-tluh tal-poloz kien il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia, flimkien mad-direttur tat-timijiet nazzjonali Maltin Ivan Vella, l-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo u s-Segretarju Generali Dr Angelo Chetcuti.
Il-gruppi kollha huma dawn:-
Grupp A: Ingilterra, Republika Ceka, Bulgarija, Montenegro, Kosovo
Grupp B: Portugal, Ukrajina, Serbja, Lithuania, Lussemburgu
Grupp C: Olanda, Germanja, Irlanda ta’ Fuq, Estonja, Belarus
Grupp D: Svizzera, Danimarka, Irlanda, Ġorġja, Ġibiltà
Grupp E: Kroazja, Wales, Slovakja, Ungerija, Ażerbaijan
Grupp F: Spanja, Svezzja, Norvegja, Rumanija, Faroe Islands, Malta
Grupp G: Polonja, Awstrija, Iżrael, Slovenja, Maċedonja, Latvja
Grupp H: Franza, Islanda, Turkija, Albanija, Moldova, Andorra
Grupp I: Belġju, Russja, Skozja, Ċipru, Każakhstan, San Marino
Grupp J: Italja, Bosnia & Herzegovina, Finlandja, Greċja, Armenja, Liechtenstein
Il-partiti kollha jridu jintlagħbu bejn Marzu u Ottubru tas-sena dieħla.